Table soccer Table soccer

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal TABLE SOCCER għandu żewġ partijiet. L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ ponn jew tas-sinjal għal T bil-pala tħares ’il fuq u n-naħa tas-saba’ l-kbir tal-idejn iħares ’il barra livell tas-sider. Id waħda tieqaf fil-ġenb. L-id l-oħra ddur biex il-pala tiġi tħares ’l isfel, imbagħad terġa’ ddur biex il-pala tħares ’il fuq imbagħad terġa’ ’l isfel. Imbagħad isir is-sinjal għal FOOTBALL biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluq bil-pala tħares ’l isfel u titqiegħed fuq l-id l-oħra li żżomm l-istess forma ta’ qabel bil-pala tħares ’l isfel. Din l-id tagħti daqqa jew tnejn bi skoss ’l fuq mill-polz.

The sign for TABLE SOCCER has two parts. The first part is made with both hands that take the shape of a fist or of the sign for the letter T, with the palm facing upwards and the side of the thumb facing outwards at chest level. One hand is held stationary at the side. The other hand turns so that the palm now faces downwards, then turns again so the palm faces upwards and then again so the palm ends up facing downwards. Then the sign for FOOTBALL is made with both hands. One hand takes the shape of closed 5 with the palm facing downwards and is placed on the other hand that keeps the same shape as before, with palm facing downwards. This hand then hits the air in an upward direction once or twice with a jolt.